28.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/4
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-22 ta’ April 2014 – János Kárász vs Nyugdíjfolyósító Igazgatóság
(Kawża C-199/14)
2014/C 245/05
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: János Kárász
Konvenut: Nyugdíjfolyósító Igazgatóság
Domandi preliminari
L-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-waqfien, l-interruzzjoni jew is-sospensjoni tal-ħlas ta’ pensjoni miksuba minħabba l-età jirrappreżenta ndħil fid-dritt għall-proprjetà ggarantit minn dan l-Artikolu 17?
Full & Egal Universal Law Academy