14.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 223/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fit-22 ta’ April 2014 – Smaranda Bara et vs Președintele Casei Naționale de Asigurări de Sănătate, Casa Naţională de Asigurări de Sănătate (CNAS), Agenţia Naţională de Administrare Fiscală (ANAF)
(Kawża C-201/14)
2014/C 223/07
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Cluj
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Smaranda Bara et
Konvenuti: Președintele Casei Naționale de Asigurări de Sănătate, Casa Naţională de Asigurări de Sănătate (CNAS), Agenţia Naţională de Administrare Fiscală (ANAF)
Domandi preliminari
1)
L-awtorità fiskali nazzjonali bħala rappreżentanta tal-ministeru kompetenti ta’ Stat Membru, hija istituzzjoni finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 124 TFUE?
2)
It-trasferiment tal-bażi ta’ data dwar id-dħul irċevut miċ-ċittadini ta’ Stat Membru, mill-awtorità fiskali lejn istituzzjoni oħra tal-imsemmi Stat Membru, jista’ jiġi rregolat permezz ta’ att simili għall-atti amministrattivi, jiġifieri permezz ta’ protokoll konkluż bejn l-awtorità fiskali nazzjonali u istituzzjoni oħra tal-Istat, mingħajr ma dan ikun jikkostitwixxi aċċess privileġġat, hekk kif iddefinit fl-Artikolu 124 TFUE?
3)
It-trasferiment tal-bażi ta’ data bil-għan li jitqiegħed oneru ta’ ħlas tal-kontribuzzjonijiet soċjali fuq iċ-ċittadini ta’ Stat Membru, fir-rigward tal-istituzzjoni tal-Istat Membru li favuriha sar dan it-trasferiment, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ kunsiderazzjonijiet prudenzjali fis-sens tal-Artikolu 124 TFUE?
4)
Id-data personali tista’ tiġi pproċessata minn awtorità li ma kinitx destinatarja tal-imsemmija data, fiċ-ċirkustanzi fejn din it-tranżazzjoni retroattivament toħloq danni patrimonjali?
Full & Egal Universal Law Academy