21.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 235/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic (Spanja) fit-23 ta’ Apri 2014 – Consorci Sanitari del Maresme vs Corporació de Salut del Maresme i la Selva
(Kawża C-203/14)
2014/C 235/07
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Català de Contractes del Sector Públic
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Consorci Sanitari del Maresme
Konvenuta: Corporació de Salut del Maresme i la Selva
Domandi preliminari
1)
Skont id-Direttiva 2004/18/KE (1), tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], l-amministrazzjonijiet pubbliċi għandhom jitqiesu bħala entitajiet pubbliċi?
2)
Fil-każ ta’ risposta affermattiva, skont id-Direttiva 2004/18/KE ċċitata iktar ’il fuq, l-amministrazzjonijiet pubbliċi għandhom jitqiesu bħala operaturi ekonomiċi u, għaldaqstant, dawn jistgħu jipparteċipaw f’sejħiet għal offerti pubbliċi?
3)
Fil-każ ta’ risposta affermattiva, skont id-Direttiva 2004/18/KE ċċitata iktar ’il fuq, l-amministrazzjonijiet pubbliċi jistgħu u għandhom jiġu inklużi fil-listi uffiċjali tal-impriżi, tal-fornituri jew tal-fornituri ta’ servizzi awtorizzati jew ikunu ċċertifikati minn korpi ta’ ċertifikazzjoni pubbliċi jew privati, sistema li, fid-dritt Spanjol, hija magħrufa bħala sistema ta’ klassifikazzjoni ta’ impriża?
4)
Skont id-Direttiva 2004/18/KE ċċitata iktar ’il fuq, ir-Real Decreto Legislativo 3/201, tal-14 ta’ Novembru, li jadotta t-test ikkonsolidat tal-liġi dwar il-kuntratti pubbliċi, ittraspona b’mod inkorret id-direttiva fid-dritt Spanjol u, jekk dawn huwa l-każ, il-leġiżlatur Spanjol illimita permezz tal-Artikoli 62 u 65 tar-Real Decreto Legislativo 3/2011, l-aċċess tal-amministrazzjonijiet pubbliċi għar-reġistri ta’ klassifikazzjoni ta’ impriża?
5)
Fil-każ li l-amministrazzjonijiet pubbliċi jistgħu jipparteċipaw f’sejħiet għal offerti iżda ma jistgħux jiġu aċċettati għal klassifikazzjoni ta’ impriża – skont id-Direttiva 2004/18/KE ċċitata iktar ’il fuq – liema mezzi jippermettulhom jagħtu prova tal-kapaċità tagħhom li jikkonkludu l-kuntratt?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.
Full & Egal Universal Law Academy