28.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/4
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tatabányai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-23 ta’ April 2014 – István Tivadar Szabó vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága
(Kawża C-204/14)
2014/C 245/06
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Tatabányai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: István Tivadar Szabó
Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága
Domandi preliminari
1)
Il-qorti nazzjonali, fi proċeduri amministrattivi, li għandhom bħala suġġett l-istħarriġ ġudizzjarju ta’ deċiżjoni meħuda mill-awtorità amministrattiva nazzjonali fil-kuntest ta’ rikors tal-individwu kkonċernat, hija marbuta teżamina l-kwistjoni dwar jekk id-dispożizzjonijiet tal-Istat Membru li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni amministrattiva jiksrux dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li hija direttament applikabbli u li hija wkoll rilevanti għall-kawża inkwistjoni?
2)
Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, dan l-obbligu huwa impost fuq il-qorti nazzjonali ex officio, jew fil-każ biss li wieħed mill-partijiet jinvoka espressament il-ksur tad-dritt tal-Unjoni?
3)
L-Artikoli 26(2) TFUE, 35 TFUE u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li hija inkompatibbli ma’ dawn id-dispożizzjonijiet, leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik tal-Artikoli 24/C u 24/D tal-adózás rendjéről szóló 2003. évi XCIII. törvény (Liġi XCIII tal-2003 dwar l-organizzazzjoni tat-tassazzjoni) li abbażi tagħha kumpannija rregolata bid-dritt Ungeriż teżerċita attività kummerċjali fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea ma tistax timpjega bħala direttur tal-kumpannija ċittadin Ungeriż għas-sempliċi raġuni li fil-passat huwa ħaddan l-istess funzjoni ta’ direttur f’kumpannija Ungeriża oħra li teżerċita l-attività tagħha fis-suq nazzjonali u li din il-kumpannija l-oħra akkumulat dejn fiskali, minkejja li ma dan ma huwiex imputabbli liċ-ċittadin Ungeriż ikkonċernat bħala ex direttur tal-imsemmija kumpannija?
Full & Egal Universal Law Academy