7.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 212/18
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-205/14)
2014/C 212/20
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade, u F. Wilman, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara li, billi ma ggarantietx l-indipendenza funzjonali u finanzjarja tal-entità li tikkoordina l-islots, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 95/93 (1);
—
tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Fil-Portugall, l-entità li tikkoordina l-islots hija l-ANA, kumpannija kummerċjali privata ta’ ġestjoni tal-ajruporti, li ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ indipendenza previsti mir-Regolament (KEE) Nru 95/93.
Ġaladarba d-Diviżjoni ta’ Koordinazzjoni Nazzjonali ta’ Slots tinsab integrata fl-ANA, fejn b’hekk tiddependi esklużivament mill-ANA, ma tirriżultax sitwazzjoni ta’ indipendenza funzjonali u lanqas ta’ indipendenza finanzjarja, rikjesti mid-dritt tal-Unjoni.
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93, tat-18 ta’ Jannar 1993, dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 2, p. 3).
Full & Egal Universal Law Academy