7.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 212/19
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja
(Kawża C-206/14)
2014/C 212/21
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin u E. Randvere)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Estonja
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara li r-Repubblika tal-Estonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 2003/4/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE (2), għaliex ma ttrasponietx l-Artikolu 4(1)(e), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) u t-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva.
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Estonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-Repubblika tal-Estonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE, sa fejn naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tittrasponi din id-direttiva u/jew ma adottathomx korrettament.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 375.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 402.
Full & Egal Universal Law Academy