30.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 202/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fil-25 ta’ April 2014 – Hotel Sava Rogaška, Gostinstvo, turizem in storitve, d.o.o. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja – Ministeru tal-Agrikoltura u tal-Ambjent
(Kawża C-207/14)
2014/C 202/17
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Qorti tar-rinviju
Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hotel Sava Rogaška, Gostinstvo, turizem in storitve, d.o.o.
Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja – Ministeru tal-Agrikoltura u tal-Ambjent
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2009/54/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu jitqies li huwa “ilma minerali naturali mill-istess nixxiegħa waħdanija”:
a)
l-ilma li joriġina mill-istess sors individwali, iżda mhux l-ilma miġbur minn sors ieħor minkejja li dan huwa ilma li joriġina mill-istess akwifikatur tal-istess korp ta’ ilma ta’ taħt l-art fis-sens tad-definizzjoni tal-kunċetti ta’ “akwifikatur” u ta’ “korp ta’ ilma ta’ taħt l-art” tad-Direttiva 2000/60/KE (2);
b)
l-ilma li joriġina mill-istess sors individwali, iżda mhux l-ilma miġbur minn sors ieħor minkejja li dan huwa ilma li joriġina mill-istess akwifikatur tal-istess korp ta’ ilma ta’ taħt l-art fis-sens tad-definizzjoni tal-kunċetti ta’ “akwifikatur” u ta’ “korp ta’ ilma ta’ taħt l-art” tad-Direttiva 2000/60/KE, għalkemm f’din id-definizzjoni għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi bħad-distanza bejn is-sorsi, il-fond tas-sorsi, il-kwalità speċifika tal-ilma tas-sors individwali (bħall-kompożizzjoni kimika u mikrobijoloġika), il-konnessjoni idroloġika tas-sorsi, in-natura magħluqa jew miftuħa tal-akwifikatur;
ċ)
l-ilma kollu li joriġina mill-istess akwifikatur tal-istess korp ta’ ilma ta’ taħt l-art fis-sens tad-definizzjoni tal-kunċetti ta’ “akwifikatur” u ta’ “korp ta’ ilma ta’ taħt l-art” tad-Direttiva 2000/60/KE, indipendentement mill-fatt li dan jitla’ fil-wiċċ minn diversi sorsi;
d)
l-ilma kollu li joriġina mill-istess akwifikatur tal-istess korp ta’ ilma ta’ taħt l-art fis-sens tad-definizzjoni tal-kunċetti ta’ “akwifikatur” u ta’ “korp ta’ ilma ta’ taħt l-art” tad-Direttiva 2000/60/KE, indipendentement mill-fatt li dan jitla’ fil-wiċċ minn diversi sorsi, għalkemm f’din id-definizzjoni għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi bħad-distanza bejn is-sorsi, il-fond tas-sorsi, il-kwalità speċifika tal-ilma tas-sors individwali (bħall-kompożizzjoni kimika u mikrobijoloġika), il-konnessjoni idroloġika tas-sorsi, in-natura magħluqa jew miftuħa tal-akwifikatur;
2)
Għall-każ fejn ikun impossibbli li tingħażel waħda mill-proposti tal-ewwel domanda, għandha tiġi sostnuta l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “ilma minerali naturali mill-istess nixxiegħa waħdanija” fuq ċerti ċirkustanzi bħad-distanza tal-bjar, il-kwalità speċifika tal-ilma tas-sors individwali (bħall-kompożizzjoni kimika u mikrobijoloġika), il-konnessjoni idroloġika tas-sorsi, in-natura magħluqa jew miftuħa tal-akwifikatur?
(1) ĠU L 164, 26.06.2009, p. 45.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275.
Full & Egal Universal Law Academy