14.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 223/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial Navarra (Spanja) fil-25 ta’ April 2014 – Antonia Valdivia Reche vs Banco de Valencia S.A.
(Kawża C-208/14)
2014/C 223/08
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial Navarra
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Antonia Valdivia Reche
Konvenut: Banco de Valencia S.A.
Domanda preliminari
Meta n-natura inġusta tal-klawżola li stabbilixxiet rata ta’ interessi moratorji għal 29 % tiġi rrikonoxxuta, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 93/13/KEE (1) jimponi lill-qorti nazzjonali tiddikjara l-inapplikabbiltà ta’ din ir-rata mingħajr possibbiltà li timmodera r-rata ta’ interessi miftiehma minkejja li tkun ġiet espressament mitluba tagħmel dan minn wieħed mill-konsumaturi mressqa quddiem il-qorti?
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur. (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).
Full & Egal Universal Law Academy