1.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 292/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-25 ta’ April 2014 – proċeduri kriminali kontra Massimiliano Di Adamo
(Kawża C-211/14)
2014/C 292/14
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Parti fil-kawża prinċipali
Massimiliano Di Adamo
Domandi preliminari
1)
L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. TFUE, kif interpretati mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-16/02/2012 fil-Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li tinħareġ sejħa għal offerti li tirrigwarda liċenzji ta’ tul ta’ żmien iqsar minn dawk mogħtija fil-passat, fejn l-imsemmija sejħa għal offerti nħarġet bil-għan speċifiku li jiġu rrimedjati l-konsegwenzi li jirriżultaw mill-illeġittimità tal-esklużjoni ta’ ċertu numru ta’ operaturi mis-sejħiet għal offerti preċedenti?
2)
L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. TFUE, kif interpretati mill-imsemmija sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li r-rekwiżit li t-termini ta’ skadenza tal-liċenzji jkunu allinjati ratione temporis jikkostitwixxi ġustifikazzjoni adegwata ta’ tul ta’ żmien inferjuri tal-liċenzji suġġetti għal sejħa għal offerti meta mqabbel ma’ dak tal-liċenzji relatati mogħtija fl-imgħoddi?
3)
L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. TFUE, kif interpretati mill-imsemmija sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu previżjoni ta’ obbligu ta’ trasferiment mhux oneruż tal-użu tal-beni materjali u immaterjali ta’ proprjetà li jikkostitwixxu l-istruttura ta’ ġestjoni u ta’ ġbir tal-logħob fil-każ ta’ waqfien ta’ attività minħabba l-iskadenza tat-terminu finali tal-liċenzja jew minħabba dekadenza jew revoka?
Full & Egal Universal Law Academy