14.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 223/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 7 de Las Palmas de Gran Canaria (Spanja) fis-7 ta’ Mejju 2014 – Tecom Mican S.L. vs Man Diesel & Turbo SE
(Kawża C-223/14)
2014/C 223/12
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia no 7 de Las Palmas de Gran Canaria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Tecom Mican S.L.
Konvenuta: Man Diesel & Turbo SE
Domandi preliminari
1)
Dokument purament privat jista’ jitqies bħala “dokument extra-ġudizzjarju” fis-sens tal-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 1393/2007 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, irrispettivament mill-fatt li dan ma nħariġx minn awtorità pubblika mhux ġudizzjarja jew minn uffiċjal pubbliku mhux ġudizzjarju?
2.
Jekk dan ikun il-każ, kull dokument privat jista’ jitqies bħala dokument extra-ġudizzjarju, jew dan id-dokument privat għandu jissodisfa ċerti karatteristiċi preċiżi?
3.
Anki meta d-dokument privat jissodisfa dawn il-karatteristiċi, ċittadin tal-Unjoni jista’ jitlob in-notifika permezz tal-proċedura prevista fl-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, meta huwa jkun diġà wettaq din in-notifika permezz ta’ awtorità pubblika oħra mhux ġudizzjarja bħal, per eżempju, nutar?
4.
Fl-aħħar nett, għall-finijiet tal-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 1393/2007, hemm lok li jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li din il-kooperazzjoni għandha implikazzjonijiet transkonfinali u hija neċessarja għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern? Meta hemm lok li jitqies li l-kooperazzjoni għandha “implikazzjoni transkonfinali u hija neċessarja għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern”?
(1) Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz [notifika] ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (ĠU L 324, p. 79).
Full & Egal Universal Law Academy