14.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 223/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal d’instance de Dieppe (Franza) fit-8 ta’ Mejju 2014 – Facet SA vs Jean Henri
(Kawża C-225/14)
2014/C 223/13
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal d’instance de Dieppe
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Facet SA
Konvenut: Jean Henri
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 22 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur (1), interpretat fid-dawl tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (2), jipprojbixxi l-eżistenza u l-applikazzjoni ta’ klawżoli standard fil-kuntratti ta’ kreditu, li permezz tagħhom il-konsumatur jirrikonoxxi l-eżekuzzjoni tal-obbligu tal-persuna li ssellef?
2)
Il-prinċipju ġenerali ta’ effettività tad-dritt Komunitarju u l-Artikolu 22 tad- Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur, interpretat fid-dawl tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, jipprekludu li l-persuna li ssellef tkun tista’ tipprova l-eżekuzzjoni tal-obbligi prekuntrattwali u kuntrattwali tagħha bis-saħħa biss tal-klawżoli standard fil-kuntratti ta’ kreditu, li permezz tagħhom il-konsumatur jirrikonoxxi l-eżekuzzjoni ta’ dawn l-obbligi, mingħajr ma tipproduċi d-dokumenti maħruġa minnha u mogħtija lil min jissellef?
(1) Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, p. 66).
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.
Full & Egal Universal Law Academy