21.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 235/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (Ir-Renju Unit) fit-12 ta’ Mejju 2014 – Portmeirion Group UK Ltd vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
(Kawża C-232/14)
2014/C 235/12
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
First-tier Tribunal (Tax Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Portmeirion Group UK Ltd
Konvenuti: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
Domandi preliminari
Ir-Regolament ikkontestat (Regolament tal-Kunsill Nru 412/2013 (1)) huwa inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni Ewropea sa fejn dan:
i.
huwa bbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tad-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat, u b’hekk jinvalida l-konklużjonijiet tal-investigazzjoni anti-dumping; u
ii.
huwa nieqes minn raġunijiet xierqa meħtieġa mill-Artikolu 296 TFUE?
(1) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013, tat-13 ta’ Mejju 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 131, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy