7.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 212/22
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda
(Kawża C-236/14)
2014/C 212/25
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, K. Herrmann, L. Armati, aġenti)
Konvenuta: L-Irlanda
Talbiet
—
tikkonstata li billi ma adottatx id-dispożizzjonijiet sabiex tittrasponi d-definizzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 2(f), (h), (m), (n) u (o), u l-obbligi pprovduti fl-Artikolu 3(2) u (4), fl-Artikolu 5, fl-Artikolu 13(1)(a) sa (e), fl-Artikolu 15(6)(e), fl-Artikolu 16(1), (3), (5), (6), u t-tieni sentenza ta’ (7), u (8) fl-Artikolu 17(1) sa (5), fl-Artikolu 17(6), dwar il-bijolikwidi, fl-Artikolu 17(8) fl-Artikolu 18(1) u (3), dwar il-bijolikwidi, fl-Artikolu 18(7), fl-Artikolu 19(1) u (3), fit-tieni sentenza tal-Artikolu 21(1), u fl-Annessi II sa V u VII tad-Direttiva 2009/28/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE, u, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 27(1) ta’ din id-direttiva;
—
tikkundanna lill-Irlanda, skont l-Artikolu 260(3) TFUE għall-pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 25 447.50 kull jum, li jibdew jiddekorru mill-għoti tas-sentenza u li għandhom jitħallsu lill-kont tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea, għan-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li jinnotifika miżuri ta’ traspożizzjoni ta’ direttiva adottata taħt proċedura leġiżlattiva; u
—
tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fil-5 ta’ Diċembru 2010.
(1) ĠU L 140, p. 16.
Full & Egal Universal Law Academy