19.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/16
Talba mressqa minn Philippe Adam Krikorian (Franza) fit-13 ta’ Mejju 2014
(Kawża C-243/14)
(2015/C 016/24)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet fil-kawża prinċipali
Grégoire Krikorian et
Talba li tirrigwarda, minn naħa, il-validità tal-Artikolu 1(4) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI, tat-28 ta’ Novembru 2008, dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta’ razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, p. 55), u min-naħa l-oħra, l-interpretazzjoni tal-istess deċiżjoni qafas kif ukoll tal-Artikoli 6(1) u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950, tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u, fl-aħħar nett, tal-Artikolu 4(3) TUE u tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE.
Full & Egal Universal Law Academy