8.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kecskeméti Közigagatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-26 ta’ Mejju 2014 – György Balázs vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-alföldi Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága
(Kawża C-251/14)
2014/C 303/14
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Kecskeméti Közigagatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: György Balázs
Konvenuti: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-alföldi Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága
Domandi preliminari
1)
L-Artikoli 4(1) u 5 tad-Direttiva 98/70/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 1998, dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, minbarra l-kundizzjonjiet kwalitattivi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali adottati abbażi ta’ din id-direttiva, leġiżlazzjoni nazzjonali ma tistax timponi fuq id-distributuri tal-karburanti, kundizzjonijiet kwalitattivi addizzjonali għal dawk previsti mid-direttiva?
2)
Il-punti 6 u 11 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika, għandhom jiġi interpretati fis-sens li, jekk regolament tekniku (f’dan il-każ, Digriet Ministerjali adottat skont awtorizzazzjoni leġiżlattiva) jkun fis-seħħ, l-applikazzjoni ta’ standard nazzjonali stabbilit fl-istess qasam tista’ tkun biss volontarja, jiġifieri li l-liġi ma tistax timponi l-applikazzjoni obbligatorja?
3)
Il-kriterju tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku tal-istandard nazzjonali skont il-punt 6 [tal-Artikolu 1] tad-Direttiva 98/34/KE, huwa sodisfatt minn regola li, fil-mument li, skont l-awtoritajiet, kellha tiġi applikata, ma kinitx disponibbli fil-lingwa nazzjonali?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 23, p. 182 .
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337.
Full & Egal Universal Law Academy