8.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kecskeméti Közigagatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-27 ta’ Mejju 2014 – Robert Michal Chmielewski vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-alföldi Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága
(Kawża C-255/14)
2014/C 303/15
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Kecskeméti Közigagatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Robert Michal Chmielewski
Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-alföldi Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága
Domandi preliminari
1)
L-ammont tal-multa amministrattiva ffissata skont l-Artikolu 5/A tal-Liġi Nru XLVIII tal-2007, adottata għall-finijiet tal-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 1889/2005”) (iktar ’il quddiem il-“Liġi nazzjonali ta’ implementazzjoni”), huwa konformi mar-rekwiżit impost bl-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1889/2005, jiġifieri li s-sanzjoni introdotta mid-dritt nazzjonali għandha tkun effettiva u dissważiva, filwaqt li tkun proporzjonata meta mqabbla mal-ksur imwettaq u mal-għan li għandu jintlaħaq?
2)
L-Artikolu 5/A tal-Liġi nazzjonali ta’ implementazzjoni ma huwiex, minħabba l-ammont tal-multa li huwa jipprevedi, kuntrarju għall-projbizzjoni tar-restrizzjonijiet moħbija għall-moviment liberu tal-kapital, prevista fl-Artikolu 65(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem it-“TFUE”) u tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea?
(1) ĠU L 309, p. 9.
Full & Egal Universal Law Academy