1.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 292/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău (ir-Rumanija) fit-30 ta’ Mejju 2014 – Județul Bacău vs Ministerul Dezvoltării Regionale și Administrației Publice
(Kawża C-261/14)
2014/C 292/20
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Bacău
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Județul Bacău
Konvenut: Ministerul Dezvoltării Regionale și Administrației Publice.
Domandi preliminari
1)
It-tieni sentenza tal-Artikolu 98(2) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-korrezzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri, fil-każ li dawn jiġu applikati fuq l-infiq ikkofinanzjat mill-fondi strutturali minħabba nuqqas ta’ osservanza tar-regoli fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, huma miżuri amministrattivi fis-sens tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2988/1995 (2) jew huma pieni amministrattivi fis-sens tal-Artikolu 5(ċ) tal-istess regolament?
2)
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fis-sens li l-korrezzjonijiet finanzjarji huma pieni amministrattivi, jista’ jiġi stabbilit jekk għandux japplika l-prinċipju ta’ applikazzjoni retroattiva tal-piena l-iktar żgħira skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 2988/1995?
3)
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fis-sens li l-korrezzjonijiet finanzjarji huma pieni amministrattivi, fil-każ fejn il-korrezzjonijiet finanzjarji jkunu ġew applikati fuq l-infiq ikkofinanzjat mill-fondi strutturali minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 2988/1995 moqri flimkien mat-tieni sentenza tal-Artikolu 98(2) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, jipprekludi li Stat Membru japplika korrezzjonijiet finanzjarji rregolati permezz ta’ att leġiżlattiv intern li daħal fis-seħħ wara l-mument li fih qed jiġi sostnut li seħħ l-allegat ksur tar-regoli fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, tal-11 ta’ Lulju 2006, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 210, p. 25).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).
Full & Egal Universal Law Academy