15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/34
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Neamț (ir-Rumanija) fit-2 ta’ Ġunju 2014 – Sindicatul Cadrelor Militare Disponibilizate în rezervă și în retragere (SCMD) et vs Ministerul Finanțelor Publice, irrappreżentat mid-Direcția Generală a Finanțelor Publice a Județului Neamț
(Kawża C-262/14)
2014/C 315/56
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Neamț
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sindicatul Cadrelor Militare Disponibilizate în rezervă și în retragere (SCMD), Constantin Budiș, Vasile Murariu, Vasile Ursache, Ioan Zăpor, Petrea Simionel
Konvenuti: Ministerul Finanțelor Publice, irrappreżentat mid-Direcția Generală a Finanțelor Publice a Județului Neamț
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2000/78 (1) jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ diskriminazzjoni msemmi minn din id-dispożizzjoni jinkludi wkoll il-fatt li tinħoloq sitwazzjoni ta’ inugwaljanza fit-trattament ibbażata fuq l-istatus ta’ rtirat tal-persuna li hija impjegata jew li tixtieq tkun impjegata?
2)
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2000/78 jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-kunċetti ta’ “kondizzjonijiet għall-aċċess għall-impjieg”, “kriterji ta’ għażla” u “sensji [tkeċċija]” jinkludu wkoll il-kunċett ta’ rtirat fost il-kriterji u l-kundizzjonijiet tagħhom?
3)
L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/78 jista’ jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lil Stat Membru li ttraspona din id-dispożizzjoni fid-dritt nazzjonali li jivverifika, fl-eżerċizzju tas-setgħa ġudizzjarja tiegħu, it-traspożizzjoni inadegwata jew inkompleta tad-direttivi Ewropej fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, fir-rigward tal-evalwazzjoni tan-natura “objettivament u raġonevolment iġġustifikat[a]” tal-applikazzjoni ta’ trattament iddifferenzjat, kif ukoll tal-“għan leġittimu” imfittex mil-leġiżlatur fl-adozzjoni tal-att leġiżlattiv li jipprovdi għal trattament iddifferenzjat?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).
Full & Egal Universal Law Academy