25.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Nacional (Spanja) fit-2 ta’ Ġunju 2014 – Federación de Servicios Privados del sindicato Comisiones obreras (CC.OO.) vs Tyco Integrated Security S.L. u Tyco Integrated Fire & Security Corporation Servicios S.A.
(Kawża C-266/14)
2014/C 282/25
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Nacional – Sala de lo Social
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Federación de Servicios Privados del sindicato Comisiones obreras (CC.OO.)
Konvenuti: Tyco Integrated Security S.L. u Tyco Integrated Fire & Security Corporation Servicios S.A.
Domanda preliminari
L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ħin li ħaddiem li ma għandux post fiss tax-xogħol, iżda għandu jivjaġġa kuljum mid-domiċilju tiegħu għas-sede ta’ klijent tal-impriża differenti kuljum u jmur lura d-dar mis-sede ta’ klijent ieħor differenti (skont rotta jew lista li l-impriża tibgħatlu lejliet) fil-limiti ta’ żona ġeografika ftit jew wisq kbira fiċ-ċirkustazni tal-kawża prinċipali, juża sabiex jivvjaġġa fil-bidu u fit-tmiem ta’ jum tax-xogħol għandu jitqies bħala “ħin tax-xogħol” fis-sens tad-definizzjoni li jagħti l-Artikolu 2 tad-direttiva jew, għall-kuntrarju, għandu jitqies bħala “perjodu ta’ serħan”?
(1) Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).
Full & Egal Universal Law Academy