8.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/14
Appell ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2014 minn Debonair Trading Internacional Lda mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-3 ta’ April 2014 fil-Kawża T-356/12: Debonair Trading Internacional Lda vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
(Kawża C-270/14 P)
2014/C 303/18
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Debonair Trading Internacional Lda (rappreżentanti: T. Alkin, Barrister)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tal-appellanti
1)
tannulla l-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata li jistabbilixxi li l-kumplament tar-rikors huwa miċħud;
2)
tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid skont il-punti ta’ liġi deċiżi permezz tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja; u
3)
tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż sostnuti għal proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti Ġenerali.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti tinvoka aggravju wieħed, jiġifieri l-ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1). Fil-qosor, hija ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball billi pprovat tillimita l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex ikun hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn “familja” ta’ trade marks u trade mark suċċessiva. Sussidjarjament, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx evalwazzjoni globali ta’ din il-probabbiltà b’kunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti kollha.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy