25.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/23
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-4 ta’ Ġunju 2014 – LFB Biomédicaments, Association des déficitaires en Alpha 1 Antitrypsine (Association ADAAT Alpha 1-France) vs Ministre du travail, de l’emploi et de la santé, Ministre du budget, des comptes publics et de la réforme de l’Etat
(Kawża C-271/14)
2014/C 282/28
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: LFB Biomédicaments, Association des déficitaires en Alpha 1 Antitrypsine (Association ADAAT Alpha 1-France)
Konvenut: Ministre du travail, de l’emploi et de la santé, Ministre du budget, des comptes publics et de la réforme de l’Etat
Domandi preliminari
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(5) tad-Direttiva tal-Kunsill, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar it-trasparenza ta’ miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta’ sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (1), jimponu l-ħtieġa li tiġi pprovduta motivazzjoni għal deċiżjoni ta’ tħassir ta’ speċjalità mil-lista ta’ prodotti mediċinali mogħtija lill-pazjenti li jinsabu f’stabbilimenti tas-saħħa li jistgħu jitħallsu mill-iskemi obbligatorji ta’ assigurazzjoni medika flimkien ma’ servizzi relatati ma’ trattament fl-isptar imħallsa fil-kuntest ta’ ħlasijiet fil-forma ta’ somma f’daqqa’ fir-rigwarda ta’ perijodi mqatta’ fl-isptar u kura fl-isptar stabbilita skont gruppi omoġeni ta’ mard?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 345
Full & Egal Universal Law Academy