26.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 171/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-5 ta’ Ġunju 2014 – Jednostka Innowacyjno-Wdrożeniowa Petrol S.C. Paczuski Maciej i Puławski Ryszard vs Ministrowi Finansów
(Kawża C-275/14)
(2015/C 171/09)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Jednostka Innowacyjno-Wdrożeniowa Petrol S.C. Paczuski Maciej i Puławski Ryszard
Konvenut: Minister Finansów
B’digriet tal-5 ta’ Frar 2015, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi dazju tas-sisa fuq additivi li jaqgħu taħt il-Kodiċi 3811 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008, b’rata differenti minn dik applikabbli għall-karburant li miegħu jiżdiedu dawn l-additivi.
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2003/96 għandu jiġi interpretat fis-sens li individwu jista’ jinvokah kontra l-awtorità nazzjonali kompetenti fil-kuntest ta’ tilwimiet quddiem il-qrati nazzjonali intiżi sabiex tiġi eskluża l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li hija inkompatibbli ma’ din id-dispożizzjoni.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9,Vol. 1, p. 405.
Full & Egal Universal Law Academy