8.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Alba Iulia (ir-Rumanija) fis-6 ta’ Ġunju 2014 – SC Enterprise Focused Solutions SRL vs Spitalul Județean de Urgență Alba Iulia
(Kawża C-278/14)
2014/C 303/22
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Alba Iulia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SC Enterprise Focused Solutions SRL.
Konvenut: Spitalul Județean de Urgență Alba Iulia.
Domanda preliminari
Meta l-awtorità kontraenti tiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-prodott li huwa s-suġġett tal-kuntratt b’riferiment għal ċertu trade mark kummerċjali, l-Artikolu 23(8) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-karatteristiċi tal-prodott ekwivalenti propost għandhom ikunu evalwati biss fid-dawl tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-prodotti attwalment immanifatturati, jew, dawn il-karatteristiċi jistgħu wkoll jiġi evalwati fid-dawl tal-prodotti li jeżistu fis-suq, iżda li l-manifattura tagħhom waqfet?
(1) Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).
Full & Egal Universal Law Academy