8.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/18
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hannover (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Ġunju 2014 – Catharina Smets, Franciscus Vereijken vs TUIfly GmbH
(Kawża C-279/14)
2014/C 303/23
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Hannover
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Catharina Smets, Franciscus Vereijken
Konvenuta: TUIfly GmbH
Domandi preliminari
1)
Ir-Regolament Nru 261/2004 (1), b’kunsiderazzjoni għall-premessa 15, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-okkorrenza ta’ ċirkustanza straordinarja li twassal lit-trasportatur bl-ajru, wara li tkun seħħet tali ċirkustanza, jiddevja titjiriet deliberatament u jopera l-ewwel nett it-titjiriet li kienu direttament affettwati miċ-ċirkustanza straordinarja, tista’ tiġġustifika dewmien fis-sens tal-Artikolu 5 tal-imsemmi regolament u teżonera t-trasportatur bl-ajru mill-obbligu tiegħu li jikkumpensa, skont l-Artikolu 5(1)(ċ) tar-Regolament Nru 261/2004, lill-passiġġier li t-titjira tiegħu saret biss wara li ġiet eliminata ċ-ċirkustanza straordinarja u t-titjiriet kollha setgħu jiġu skedati mill-ġdid?
2)
F’dan il-kuntest, l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trasportatur bl-ajru li jopera titjiriet skont il-proċedura ta’ rotazzjoni, ikun ħa l-miżuri raġonevoli kollha u jkun konsegwentement eżonerat mill-obbligu tiegħu li jħallas kumpens, meta jittrasporta passiġġieri li t-titjira tagħhom diġà ġiet suġġetta għal dewmien kunsiderevoli direttament ikkawżat minn ċirkustanza straordinarja, prinċipalment b’inġenji tal-ajru li, fil-prinċipju, jintużaw b’mod differenti fir-rotazzjoni?
3)
B’kunsiderazzjoni għall-premessa 15, għandu jitqies li huwa biss l-ajruplan li huwa direttament affettwat mill-istrajk, liema strajk jista’ jaffettwa titjira waħda jew iktar ta’ dan l-ajruplan, li jista’ jiġi affettwat minn ċirkustanzi straordinarji jew inkella ċ-ċirku tal-ajruplani affettwati jestendi wkoll għal diversi inġenji tal-ajru?
4)
Fil-kuntest tal-miżuri raġonevoli fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004, il-kumpannija tal-ajru tista’ tuża ajruplani li ma humiex affettwati sabiex timminimizza ċ-ċirkustanzi tal-azzjoni industrijali għall-passiġġieri direttament ikkonċernati u għalhekk tifrex il-konsegwenzi ta’ azzjoni industrijali bejn diversi ajruplani u passiġġieri?
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10)
Full & Egal Universal Law Academy