15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/37
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Ġunju 2014 – Grünwald Logistik Service GmbH (GLS) vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt
(Kawża C-284/14)
2014/C 315/59
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Grünwald Logistik Service GmbH (GLS)
Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Stadt
Domanda preliminari
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 158/2013, tat-18 ta’ Frar 2013, li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (1) huwa validu minkejja li ma saritx investigazzjoni tal-antidumping indipendenti ftit qabel id-data ta’ adozzjoni tiegħu, iżda kien hemm sempliċement kontinwazzjoni ta’ investigazzjoni tal-antidumping li kienet diġà saret dak iż-żmien għall-perijodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2006 u t-30 ta’ Settembru 2007, fejn din l-investigazzjoni kienet madankollu tmexxiet, skont ma stabbilixxiet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha GLS (2), bi ksur tal-obbligi li jirriżultaw mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (3), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005, tal-21 ta’ Diċembru 2005, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 dwar il-protezzjoni minn importazzjonjiet li huma oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (4), li kellu bħala konsegwenza li l-Qorti tal-Ġustizzja, f’din is-sentenza, annullat minħabba invalidità r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1355/2008, tat-18 ta’ Diċembru 2008, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (5), li kien ġie adottat wara din l-investigazzjoni?
(1) ĠU L 49, p. 29.
(2) C-338/10, EU:C:2012:158.
(3) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45.
(4) ĠU L 175M, p. 287.
(5) ĠU L 350, p. 35
Full & Egal Universal Law Academy