4.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 253/21
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2014 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-286/14)
2014/C 253/28
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L.G. Knudsen, A. Troupiotis u M. Menegatti, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 275/2014 (1) tas-7 ta’ Jannar 2014, li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa;
—
tikkundanna lil Il-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, il-Parlament jinvoka motiv wieħed ta’ annullament ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni eċċediet is-setgħat li ġew mogħtija lilha mill-Artikolu 21(3) tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 (2). Fil-fatt, ir-Regolament ta’ Delega kkontestat jemenda l-Anness I tal-Att Bażiku, billi jżid parti VI ġdida, li tirrigwarda l-prijoritajiet tal-finanzjamenti fis-settur tat-trasport għall-finijiet tal-programmi ta’ xogħol multiannwali u annwali. Skont il-Parlament, il-Kummissjoni għalhekk eċċediet is-setgħat li ġew mogħtija lilha mir-regolament bażiku billi adottat att ta’ delega li “jemenda” l-imsemmi regolament bażiku, minflok illimitat ruħha li “tikkompleta” kif jitlobha tagħmel l-Artikolu 21(3).
(1) ĠU L 80, p. 1.
(2) ĠU L 348, p. 129
Full & Egal Universal Law Academy