8.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/18
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gyulai Törvényszék (l-Ungerija) fil-11 ta’ Ġunju 2014 – Eurospeed Ltd vs Szegedi Törvényszék
(Kawża C-287/14)
2014/C 303/24
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Gyulai Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Eurospeed Ltd
Konvenuta: Szegedi Törvényszék
Domandi preliminari
1)
Il-fatt li l-obbligu tal-kumpens għad-danni li jirriżultaw minn ksur tad-dritt tal-Unjoni jaqa’ fuq l-Istat Membru, dan jeskludi, fl-evalwazzjoni ta’ kawża għad-danni ppreżentata fuq tali bażi, l-applikazzjoni tar-regoli li jirrigwardaw din ir-responsabbiltà fir-rigward tal-korp tal-Istat Membru li effettivament wettaq il-ksur inkwistjoni?
2)
F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nruo561/2006 (1) jeskludi l-adozzjoni mill-Istat Membru ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali fejn is-sanzjoni, f’każ ta’ ksur tal-obbligi previsti fl-imsemmi regolament, tista’ tiġi applikata kontra s-sewwieq tal-vettura li effettivament wettaq il-ksur inkwistjoni, ukoll jew minflok l-impriża tat-trasport?
3)
F’każ ta’ risposta pożittiva għat-tieni domanda, deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali amministrattiva, li minflok tkun ibbażata fuq l-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nruo561/2006 tkun ibbażata fuq dispożizzjonijiet tad-dritt intern kuntrarji għal din id-dispożizzjoni, tista’ tkun ikkunsidrata li tikser id-dritt tal-Unjoni?
(1) Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 102, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy