1.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 292/18
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Firenze (l-Italja) fit-12 ta’ Ġunju 2014 – proċeduri kriminali kontra Skerdjan Celaj
(Kawża C-290/14)
2014/C 292/22
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Firenze
Parti fil-kawża prinċipali
Skerdjan Celaj
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/115 (1) jipprekludu l-eżistenza ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri li jipprevedu piena ta’ priġunerija sa erba’ snin għal ċittadin ta’ pajjiż terz li, wara li jkun intbagħat lura fil-pajjiż tiegħu mhux abbażi ta’ sanzjoni kriminali u lanqas bħala konsegwenza ta’ sanzjoni kriminali, jidħol mill-ġdid fit-territorju nazzjonali bi ksur ta’ projbizzjoni legali ta’ dħul mill-ġdid, mingħajr ma jkun ġie preliminarjament issuġġettat għall-miżuri koerċitivi previsti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/115 għall-finijiet tat-tneħħija rapida u effikaċi tiegħu?
(1) Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, p. 98).
Full & Egal Universal Law Academy