25.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/24
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fit-13 ta’ Ġunju 2014 – Ir-Repubblika Ellenika vs Stefanos Stroumpoulis et
(Kawża C-292/14)
2014/C 282/30
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Symvoulio tis Epikrateias
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika
Konvenuti: Stefanos Stroumpoulis, Nicolaos Koumpanos, Panagiotis Renieris, Charalampos Renieris, Ioannis Zacharias, Dimitrios Lazarou u Apostolos Chatzisotiriou
Domandi preliminari
1)
Skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE (1), il-baħħara ta’ Stat Membru li kienu jaħdmu bħala tali fuq bastiment li jtajjar bandiera ta’ Stat terz fir-rigward tal-Unjoni Ewropea huma suġġetti, fir-rigward tal-krediti mhux imħallsa li huma għandhom fir-rigward tal-kumpannija sid tal-bastiment – liema għandha s-sede rreġistrat tagħha fit-territorju ta’ dan l-Istat terz iżda s-sede operattiv tagħha f’dan l-Istat Membru u li tkun ġiet iddikjarata falluta minn qorti ta’ dan l-Istat Membru skont id-dritt ta’ dan tal-aħħar, minħabba preċiżament is-sede operattiv tagħha – għad-dispożizzjonijiet protettivi tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq, fid-dawl tal-għan tagħha u indipendentement mill-fatt li l-kuntratti ta’ xogħol huma rregolati mid-dritt tal-Istat terz u mill-fatt li l-Istat Membru ma jistax jitlob lis-sid tal-bastiment barrani jikkontribwixxi għall-iffinanzjar tal-korp ta’ garanzija?
2)
Skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE, il-ħlas min-Naftiko Apomachiko Tameio (NAT), previst mill-Artikolu 29 tal-Liġi 1220/1981, ta’ somma li tirrappreżenta sa tliet xhur ta’ salarju, stabbilita skont il-ftehimiet kollettivi rilevanti dwar is-salarji bażiċi u l-allowances, lill-baħħara Griegi rreklutati bħala tali fuq bastimenti li jtajru bandiera Griega jew fuq bastimenti barranin affiljati man-NAT, fil-każ previst minn dan l-artikolu, jiġifieri biss f’każ ta’ abbandun ta’ dawn il-baħħara barra mill-pajjiż, għandu jiġi kkunsidrat li jikkostitwixxi protezzjoni ekwivalenti?
(1) Direttiva tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ottubru 1980, dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 217).
Full & Egal Universal Law Academy