8.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-13 ta’ Ġunju 2014 – Gebhart Hiebler vs Walter Schlagbauer
(Kawża C-293/14)
2014/C 303/27
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Gebhart Hiebler
Konvenut: Walter Schlagbauer
Domandi preliminari
1)
L-attività professjonali kollha ta’ kennies taċ-ċmieni fis-sens tal-Artikolu 2(2)(i) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern (1), hija eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva minħabba li l-kenniesa taċ-ċmieni jwettqu wkoll kompiti fil-qasam tal-“pulizija tan-nar” (spezzjoni għall-prevenzjoni ta’ nirien, għarfien espert fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ kostruzzjoni, eċċ.)?
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:
2)
Regola tad-dritt nazzjonali, li permezz tagħha awtorizzazzjoni għall-prattika ta’ professjoni bħala kennies taċ-ċmieni hija fil-prinċipju limitata għal “settur ta’ knis ta’ ċmieni” speċifiku, hija kompatibbli mal-Artikolu 10(4) u mal-Artikolu 15(1), (2)(a) u (3) tad-Direttiva 2006/123/KE?
(1) ĠU L 376, p. 36.
Full & Egal Universal Law Academy