8.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Ġunju 2014 – Dr. Rüdiger Hobohm vs Benedikt Kampik Ltd & Co. KG, Benedikt Aloysius Kampik, Mar Mediterraneo Werbe- und Vertriebsgesellschaft für Immobilien SL
(Kawża C-297/14)
2014/C 303/29
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Dr. Rüdiger Hobohm.
Konvenuti: Benedikt Kampik Ltd & Co. KG, Benedikt Aloysius Kampik, Mar Mediterraneo Werbe- und Vertriebsgesellschaft für Immobilien SL.
Domanda preliminari
Konsumatur jista’, skont it-tieni alternattiva tal-Artikolu 15(1)(ċ) flimkien mat-tieni alternattiva tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 (1), tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, jippreżenta rikors quddiem il-qorti fejn huwa ddomiċiljat kontra l-parti kontraenti tal-kuntratt, li twettaq attivitajiet professjonali jew kummerċjali fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, fil-każ li l-kuntratt li huwa l-bażi tar-rikors ma jaqax direttament fil-qasam tal-attività tal-parti kontraenti tal-kuntratt, liema attività hija diretta lejn l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-konsumatur, iżda huwa intiż għat-twettiq tal-għan ekonomiku mfittex minn kuntratt ieħor li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq, konkluż preċedentement mill-partijiet u li diġà ġie eżegwit?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.
Full & Egal Universal Law Academy