15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/38
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landessozialgericht Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Ġunju 2014 – Vestische Arbeit Jobcenter Kreis Recklinghausen vs Jovanna Garcia-Nieto et
(Kawża C-299/14)
2014/C 315/61
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landessozialgericht Nordrhein-Westfalen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Vestische Arbeit Jobcenter Kreis Recklinghausen
Konvenuti: Jovanna Garcia-Nieto, Joel Pena Cuevas, Jovanlis Pena Garcia, Joel Luis Pena Cruz
Domandi preliminari
1)
Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni previst fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (1), japplika wkoll – bl-eċċezzjoni tal-esklużjoni tal-esportazzjoni tal-benefiċċji prevista fl-Artikolu 70(4) tal-imsemmi regolament – għall-benefiċċji speċjali li ma humiex kontributorji u li jingħataw fi flus fis-sens tal-Artikolu 70(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004?
2)
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, restrizzjonijiet għall-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni previst fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 permezz ta’ dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ traspożizzjoni tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38/CE (2) li bis-saħħa tagħhom l-aċċess għal dawn il-benefiċċji ma jeżisti taħt l-ebda cirkustanza matul l-ewwel tliet xhur ta’ residenza meta ċ-ċittadini tal-Unjoni fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja la għandhom l-istatus ta’ ħaddiem impjegat jew ta’ ħaddiem li jaħdem għal rasu u lanqas id-dritt ta’ moviment liberu taħt l-Artikolu 2(3) tal-liġi Ġermaniża dwar il-moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni [Gesetz über die allgemeine Freizügigkeit von Unionsbürgern, iktar ’il quddiem il-“FreizügG/EU”], huma possibbli u skont il-każ sa liema estent?
3)
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni stabbiliti fid-dritt primarju – b’mod partikolari fid-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 45(2) u tal-Artikolu 18 TFUE – jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li tirrifjuta, mingħajr eċċezzjoni, lil ċittadini tal-Unjoni, matul l-ewwel tliet xhur tar-residenza tagħhom, benefiċċju soċjali li jservi sabiex jiġu ggarantiti l-mezzi tal-għajxien u fl-istess waqt jiffaċilita wkoll l-aċċess għas-suq tax-xogħol, meta dawn iċ-ċittadini tal-Unjoni fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja la għandhom l-istatus ta’ ħaddiem impjegat jew ta’ ħaddiem li jaħdem għal rasu u lanqas id-dritt ta’ moviment liberu taħt l-Artikolu 2(3) tal-FreizügG/EU, iżda li jistgħu jinvokaw rabta reali mal-Istat ospitanti u, b’mod partikolari, mas-suq tax-xogħol tal-Istat ospitanti?
(1) Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).
(2) Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).
Full & Egal Universal Law Academy