8.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/25
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Ġunju 2014 – Pfotenhilfe-Ungarn e.V. vs Ministerium für Energiewende, Landwirtschaft, Umwelt und ländliche Räume des Landes Schleswig-Holstein
(Kawża C-301/14)
2014/C 303/32
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pfotenhilfe-Ungarn e.V.
Konvenut: Ministerium für Energiewende, Landwirtschaft, Umwelt und ländliche Räume des Landes Schleswig-Holstein
Intervenjent: Der Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht
Domandi preliminari
1)
Huwa każ ta’ trasport ta’ annimali li ma jseħħx fil-kuntest ta’ attività ekonomika, fis-sens tal-Artikolu 1(5) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 (1), it-trasport li jsir minn assoċjazzjoni tal-protezzjoni tal-annimali rikonoxxuta bħala karitatevoli u li jservi sabiex klieb mingħajr sid jiġu allokati lil terzi bi ħlas ta’ remunerazzjoni (“ħlas nominali” – “Schutzgebühr”) li
(a)
ma tkoprix, jew bilkemm tkopri l-ispejjeż sostnuti mill-assoċjazzjoni għall-annimali, għat-trasport u għall-allokazzjoni tal-annimali;
(b)
teċċedi dawn l-ispejjeż, iżda l-profitt iservi sabiex ikopri l-ispejjeż tal-allokazzjoni ta’ annimali oħra mingħajr sid, l-ispejjeż marbuta mal-annimali mingħajr sid u l-ispejjeż marbuta ma’ proġetti oħra ta’ protezzjoni tal-annimali?
2)
Huwa każ ta’ negozjant ta’ kummerċ intra-Kommunitarju, fis-sens tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 90/425/KEE (2), meta assoċjazzjoni tal-protezzjoni tal-annimali rikonoxxuta bħala karitatevoli tittrasporta klieb mingħajr sid lejn il-Ġermanja u tallokahom lil terzi bi ħlas ta’ remunerazzjoni (“ħlas nominali” – “Schutzgebühr”) li
(a)
ma tkoprix, jew bilkemm tkopri l-ispejjeż sostnuti mill-assoċjazzjoni għall-annimali, għat-trasport u għall-allokazzjoni tal-annimali;
(b)
teċċedi dawn l-ispejjeż, iżda l-profitt iservi sabiex ikopri l-ispejjeż tal-allokazzjoni ta’ annimali oħra mingħajr sid, l-ispejjeż marbuta mal-annimali mingħajr sid u l-ispejjeż marbuta ma’ proġetti oħra ta’ protezzjoni tal-annimali?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005, tat-22 ta’ Diċembru 2004, dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, p. 1).
(2) Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE, tas-26 ta’ Ġunju 1990, dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 10, p. 138).
Full & Egal Universal Law Academy