17.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 409/27
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-303/14)
2014/C 409/39
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Mifsud Bonnici u K. Hermann, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet
—
tikkonstata li, billi naqset milli tinnotifika lill-Kummissjoni l-organi ta’ ċertifikazzjoni tal-persunal u tal-impriżi, kif ukoll it-titoli taċ-ċertifikati tal-persunal u tal-impriżi involuti fl-attivitajiet li jikkonċernaw ċerti gassijiet serra fluworinati, li huma s-suġġett ta’ regolamenti ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni, u billi ma adottatx id-dispożizzjonijiet dwar is-sanzjonijiet applikabbli fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 2006, dwar ċerti gassijiet serra flworinati (1), u billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(2) moqri flimkien mal-Artikolu 12(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 303/2008 (2), taħt l-Artikolu 12(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 304/2008 (3), taħt l-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 305/2008 (4), taħt l-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 306/2008 (5), taħt l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 307/2008 (6), taħt l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 308/2008 (7), kif ukoll taħt l-Artikolu 13(2) ta’ dan l-istess regolament;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 842/2006 jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-programmi tagħhom ta’ taħriġ u ta’ ċertifikazzjoni tal-impriżi u tal-persunal involuti fl-installazzjoni, fil-manutenzjoni jew fit-tiswija ta’ tagħmir u ta’ sistemi li jaqgħu taħt l-Artikolu 3(1), kif ukoll fl-irkupru ta’ gassijiet serra fluworinati. Dan l-obbligu ġie speċifikat mir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 842/2006.
L-ewwel motiv invokat insostenn tar-rikors huwa għalhekk bbażat fuq il-fatt li sa issa r-Repubblika tal-Polonja għadha ma nnotifikatx lill-Kummissjoni l-ismijiet tal-organi ta’ ċertifikazzjoni tal-persunal u tal-impriżi li jwettqu l-kontrolli ta’ llikjar, l-installazzjoni, il-manutenzjoni jew it-tiswija ta’ tagħmir fiss ta’ refriġerazzjoni, ta’ arja kundizzjonata u ta’ pompi tas-sħana, ta’ sistemi ta’ protezzjoni min-nar u ta’ pompi tat-tifi tan-nar, u l-irkupru ta’ dawn il-gassijiet serra fluworinati, kif ukoll l-ismijiet taċ-ċertifikati tal-persunal u tal-impriżi li jissodisfaw ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni previsti fir-regolamenti ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni. Hija lanqas ma nnotifikat l-ismijiet tal-organi ta’ ċertifikazzjoni tal-persunal ikkonċernati mill-irkupru ta’ gassijiet serra fluworinati ta’ tagħmir għat-tqassim tal-elettriku b’vultaġġ għoli u mill-irkupru tas-solventi b’bażi ta’ gass serra fluworinat ta’ tagħmir, kif ukoll l-ismijiet taċ-ċertifikati tal-persunal li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni previsti fir-regolamenti ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni. L-awtoritajiet Pollakki lanqas ma nnotifikaw lill-Kummissjoni l-ismijiet tal-organi li joħorġu ċertifikati ta’ taħriġ inizjali kif ukoll l-ismijiet taċ-ċertifikati ta’ taħriġ inizjali li jissodisfaw ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 307/2008, skont il-mudell stabbilit mir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 308/2008.
It-tieni motiv invokat insostenn tar-rikors huwa bbażat fuq l-assenza ta’ notifika lill-Kummissjoni tad-disposizzjonijiet nazzjonali li jirrigwardaw is-sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 842/2006. L-obbligu li jiġu stabbiliti sanzjonijiet u li l-Kummissjoni tiġi informata bihom huwa partikolarment importanti sabiex jingħata effett sħiħ lill-obbligi imposti mill-Artikoli 3, 4 u 5 tar-Regolament Nru 842/2006 fuq l-operaturi ta’ tagħmir fiss. Barra minn hekk, il-fatt li jiġu stabbiliti dawn is-sanzjonijiet u li l-Kummissjoni tiġi informata bihom huwa essenzjali sabiex tiġi żgurata l-osservanza tal-obbligi imposti fuq il-manifatturi ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom gassijiet serra fluworinati, imsemmija fl-Artikolu 7. In-nuqqas ta’ osservanza tal-projbizzjonijiet previsti fl-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament Nru 842/2006 għandu wkoll, skont l-Artikolu 13(1) tal-istess regolament, jiġi ssanzjonat permezz ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali, li għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni.
(1) ĠU 2006, L 161, p. 1.
(2) ĠU 2008, L 92, p. 3; Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 303/2008, tat-2 ta’ April 2008, li jistabbilixxi, skont Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-rikonoxximent reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta’ kumpaniji u persunal fir-rigward ta’ tagħmir fiss ta’ refriġerazzjoni, arja kundizzjonata u pompi tas-sħana li fih ċerti gassijiet serra fluworinati.
(3) ĠU 2008, L 92, p. 12; Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 304/2008, tat-2 ta’ April 2008, li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-kumpaniji u tal-persunal f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi stazzjonarji ta’ protezzjoni min-nar u ma’ pompi tat-tifi tan-nar li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati.
(4) ĠU 2008, L 92, p. 17; Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 305/2008, tat- 2 ta’ April 2008, li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol ta’ rkupru ta’ ċerti gassijiet serra fluworinati minn tagħmir għat-tqassim tal-elettriku (switchgear) b’vultaġġ għoli.
(5) ĠU 2008, L 92, p. 21; Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 306/2008, tat-2 ta’ April 2008, li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol ta’ rkupru ta’ ċerti solventi b’bażi ta’ gass serra fluworinat mit-tagħmir.
(6) ĠU 2008, L 92, p. 25; Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 307/2008, tat-2 ta’ April 2008, li jistabbilixxi, skond ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi għall-programmi ta’ taħriġ u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku tal-attestazzjonijiet ta’ taħriġ tal-persunal f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi ta’ kondizzjonament tal-arja li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati f’vetturi bil-mutur.
(7) ĠU 2008, L 92, p. 28; Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 308/2008, tat-2 ta’ April 2008, li jistabbilixxi, skond ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format għan-notifika tal-programmi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni tal-Istati Membri.
Full & Egal Universal Law Academy