29.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 339/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fit-30 ta’ Ġunju 2014 – Confederazione Generale Italiana del Lavoro (CGIL), Istituto Nazionale Confederale Assistenza (INCA) vs Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Interno, Ministero dell'Economia e delle Finanze
(Kawża C-309/14)
2014/C 339/02
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Confederazione Generale Italiana del Lavoro (CGIL),
Istituto Nazionale Confederale Assistenza (INCA)
Konvenuti: Presidenza del Consiglio dei Ministri,
Ministero dell’Interno,
Ministero dell'Economia e delle Finanze
Domanda preliminari
Il-prinċipji stabbiliti mid-Direttiva 2003/109/KE (1) kif emendata u kkompletata suċċessivament, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik stabbilita bl-Artikolu 5(2b) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 286, tal-25 ta’ Lulju 1998, li tipprovdi li “[i]t-talba ta’ ħruġ u ta’ tiġdid ta’ permess ta’ residenza għandu jkun suġġett għall-ħlas ta’ kontribuzzjoni, li l-ammont tagħha għandu jkun stabbilit bejn minimu ta’ EUR 80 u massimu ta’ EUR 200 b’digriet tal-Ministru tal-Ekonomija u tal-Finanzi, b’konsultazzjoni mal-Ministru tal-Intern, li jistabbilixx barra minn hekk il-modalitajiet ta’ ħlas [...]”, fejn b’tali mod jiġi stabbilit ammont minimu tal-kontribuzzjoni ta’ madwar tmien darbiet tal-ispiża għall-ħruġ ta’ karta tal-identità nazzjonali?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE, tal-25 ta’ Novembru 2003, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272)
Full & Egal Universal Law Academy