9.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 81/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Szczecinie (il-Polonja) fl-1 ta’ Lulju 2014 – ASPROD sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Celnej w Szczecinie
(Kawża C-313/14)
(2015/C 081/03)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Wojewódzki Sąd Administracyjny w Szczecinie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ASPROD sp. z o.o.
Konvenuta: Dyrektor Izby Celnej w Szczecinie
Permezz ta’ digriet tat-3 ta’ Diċembru 2014, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) ikkonstatat li l-Artikolu 27(1)(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni ta’ strutturi tad-dazji tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xarbiet alkoħoliċi (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-applikazzjoni tal-eżenzjoni mis-sisa armonizzata prevista f’din id-dispożizzjoni għall-kundizzjoni li l-operatur ikkonċernat għandu jkollu deċiżjoni tal-amministrazzjoni fiskali li tistabbilixxi limiti massimi ta’ użu tal-prodotti eżentati bis-saħħa tal-imsemmija dispożizzjoni.
(1) ĠU L 316, p. 21.
Full & Egal Universal Law Academy