1.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 292/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fl-1 ta’ Lulju 2014 – Sanoma Media Finland Oy/Nelonen Media, Helsinki vs Viestintävirasto
(Kawża C-314/14)
2014/C 292/25
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein hallinto-oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sanoma Media Finland Oy/Nelonen Media, Helsinki
Konvenut: Viestintävirasto
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2010/13/UE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, jipprekludi interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-qsim tal-iskrin ma huwiex ikkunsidrat bħala sinjal ta’ separazzjoni li timmarka l-limitu bejn programm awdjoviżiv u reklami fuq it-televiżjoni, jekk parti mill-iskrin tkun irriżervata għal-lista ta’ atturi eċċ. fl-aħħar tal-film u parti oħra mill-iskrin għall-preżentazzjoni tal-programmi futuri ta’ stazzjon ta’ kumpannija permezz ta’ “menus” u fejn ma jidhirx fl-iskrin imqassam u lanqas wara, sinjal akustiku jew ottiku li jindika espressament il-bidu ta’ sekwenza ta’ riklami?
2)
Fid-dawl tan-natura ta’ leġiżlazzjoni minima tad-Direttiva 2010/13/UE, l-Artikolu 23(2) tad-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, huwa jipprekludi li sinjali ta’ sponser ippreżentati fil-kuntest ta’ programmi oħra li ma humiex il-programmi sponsorjati huma kkunsidrati bħala “riklami” fis-sens tal-Artikolu 23(1) tad-direttiva, li għandhom jiġu inklużi fit-tul massimu tal-ħin tar-riklami?
3)
Fid-dawl tan-natura ta’ leġiżlazzjoni minima tad-Direttiva 2010/13/UE, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, il-kunċett ta’ “spots ta’ reklamar” fl-Artikolu 23(1) tad-direttiva flimkien mal-espressjoni “limitu ta’ 20 % [...] għal kull siegħa bl-arloġġ”, li tiddiskrivi t-tul massimu tal-ħin tar-riklami, għandu jiġi interpretat b’tali mod li jikkostitwixxi ostaklu għall-inklużjoni fil-ħin tar-riklami ta’ “sekondi suwed” li jidhru fl-interludju bejn id-diversi riklami u fi tmiem waqfa pubbliċitarja?
(1) Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ Marzu 2010, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva), ĠU L 95, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy