15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/40
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Krefeld (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Lulju 2014 – Colena AG vs Karnevalservice Bastian GmbH
(Kawża C-321/14)
2014/C 315/64
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Krefeld
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Colena AG
Konvenuta: Karnevalservice Bastian GmbH
Domandi preliminari
1.
Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-prodotti kożmetiċi (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li prodott, li ma jaqax taħt l-imsemmi regolament, għandu madankollu jissodisfa r-rekwiżiti tiegħu minħabba s-sempliċi raġuni li huwa indikat fuq l-imballaġġ tal-prodott li dan huwa “aċċessorju kożmetiku għall-għajnejn suġġett għad-direttiva dwar il-prodotti kożmetiċi”?
2.
Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-prodotti kożmetiċi għandu jiġi interpretat fis-sens li “lentijiet ta’ kuntatt mhux korrettivi b’diżinni” jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament?
(1) ĠU L 342, p. 59.
Full & Egal Universal Law Academy