15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/41
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Noord-Holland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-7 ta’ Lulju 2014 – Helm AG vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane, kantoor Rotterdam Rijnmond
(Kawża C-323/14)
2014/C 315/66
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Noord-Holland
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Helm AG
Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane, kantoor Rotterdam Rijnmond
Domanda preliminari
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 248/2011 (1) huwa invalidu, sa fejn jikkonċerna lil Jushi Group, peress li l-Kummissjoni ma ddeterminatx fi żmien tliet xhur mill-bidu tal-investigazzjoni, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament Bażiku (2), il-kwistjoni dwar jekk Jushi Group, li kien jagħmel parti mill-kampjun, kienx jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament Bażiku?
(1) Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 248/2011, tad-9 ta’ Marzu 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 67, p. 1).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51).
Full & Egal Universal Law Academy