20.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 372/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Nürnberg (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Lulju 2014 – Proċeduri kriminali kontra Andreas Wittmann
(Kawża C-339/14)
2014/C 372/03
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Nürnberg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Andreas Wittmann
Parti oħra: Generalstaatsanwaltschaft Nürnberg
Domanda preliminari
L-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, huwa ekwivalenti għal irtirar ta’ liċenzja tas-sewqan, il-fatt li ma tiġix irtirata lil sewwieq ta’ vettura liċenzja tas-sewqan biss minħabba li l-liċenzja tas-sewqan tiegħu tkun diġà ġiet irtirata qabel u għalhekk huwa ma jkollux fil-pussess tiegħu liċenzja tas-sewqan u l-fatt li, fl-istess ħin, jiġi ordnat li f’ebda każ ma tista’ tinħareġ liċenzja tas-sewqan ġdida għal din il-persuna għal perijodu partikolari?
(1) Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (ĠU L 403, p. 18).
Full & Egal Universal Law Academy