29.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 339/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Lulju 2014 – Kyowa Hakko Europe GmbH vs Hauptzollamt Hannover
(Kawża C-344/14)
2014/C 339/11
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kyowa Hakko Europe GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Hannover
Domandi preliminari
1)
Taħlitiet ta’ aċidi amminiċi bħal dawk inkwistjoni f’din il-kawża (RM0630 jew RM0789), li minnhom jiġi ffabbrikat (flimkien ma’ karboidrati u xaħmijiet) prodott tal-ikel li jissostitwixxi sustanza li hija fil-prinċipju essenzjali u li hija preżenti fl-ikel normali iżda li tista’ tikkawża reazzjonijiet allerġiċi f’ċerti każijiet partikolari u, b’hekk, jistgħu jiġu evitati problemi tas-saħħa kkawżati mill-allerġiji u mtaffija disturbi eżistenti, għandhom jiġu kklassifikati bħala prodotti mediċinali kkostitwiti minn prodotti mħallta bejniethom, ippreparati għal finijiet terapewtiċi jew profilattiċi, fis-sens tal-intestatura 3003 tan-Nomenklatura Magħquda (1)?
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:
2)
It-taħlitiet ta’ aċidi amminiċi għandhom jiġu kklassifikati bħala preparazzjonijiet tal-ikel taħt l-intestatura 2106 tan-Nomenklatura Magħquda, li, skont in-nota 1(a) tal-Kapitolu 30 ta’ din in-nomenklatura, huma esklużi mill-imsemmi kapitolu, minħabba li ma għandhom l-ebda effett profilattiku jew terapewtiku li jmur lil hinn mill-provvista ta’ nutrizzjoni?
(1) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013, tal-4 ta’ Ottubru 2013, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 290, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy