8.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 439/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Lulju 2014 – Sommer Antriebs- und Funktechnik GmbH vs Rademacher Geräte-Elektronik GmbH & Co. KG
(Kawża C-369/14)
(2014/C 439/22)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Köln
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sommer Antriebs- und Funktechnik GmbH
Konvenuta: Rademacher Geräte-Elektronik GmbH & Co. KG
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 2(1), l-Artikolu 3(a), kif ukoll l-Annessi IA u IB tad-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Jannar 2003, dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (1) u/jew l-Artikolu 2(1)(a), l-Artikolu 3(1)(a) u l-Annessi I u II tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Lulju 2012, dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li apparat għal bibien (ta’ garaxx) li għandhom vultaġġ tal-elettriku ta’ madwar 220 sa 240 V, u li huwa intiż li jkun inkorporat fl-istruttura tal-bini flimkien mal-bieb (tal-garaxx), jaqa’ taħt il-kunċett ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, b’mod partikolari l-kunċett ta’ għodda elettriċi u elettroniċi?
2)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda (1):
Il-punt 6 tal-Anness IA u l-punt 6 tal-Anness IB tad-Direttiva 2002/96/KE u/jew l-Artikolu 3(1)(b), il-punt 6 tal-Anness I Nru 6 u l-punt 6 tal-Anness II tad-Direttiva 2012/19/UE għandhom jiġu interpretati fis-sens li apparat (għal bibien ta’ garaxx) bħal dak deskritt fid-domanda (1) għandu jitqies li huwa komponent ta’ għodda industrijali fuq skala kbira fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet?
3)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda (1) u ta’ risposta fin-negattiv għad-domanda (2):
L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2002/96/KE u/jew l-Artikolu 2(3)(b) tad-Direttiva 2012/19/UE għandhom jiġu interpretati fis-sens li apparat (għal bibien ta’ garaxx) bħal dak deskritt fid-domanda (1) għandu jitqies li huwa parti minn tip ieħor ta’ tagħmir li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva rilevanti?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 359.
(2) ĠU L 197, p. 38
Full & Egal Universal Law Academy