20.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 372/4
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Frosinone (l-Italja) fis-6 ta’ Awwissu 2014 – proċeduri kriminali kontra Laezza Rosaria
(Kawża C-375/14)
2014/C 372/06
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Frosinone
Partijiet fil-kawża prinċipali
Laezza Rosaria
Domanda preliminari
L-Artikoli 49 et seq u 56 et seq tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif b’mod partikolari ġew ikkompletati fid-dawl tal-prinċipji li jinsabu fis-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Frar 2012 mill-Qorti tal-Ġustizzja (Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi l-obbligu li jiġi ttrasferit mingħajr ħlas l-użu tal-beni materjali u immaterjali miżmuma taħt titolu ta’ proprjetà li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni tal-ġbir tal-logħob fil-każ tal-waqfien tal-attività minħabba l-iskadenza tal-perijodu tal-liċenzja jew minħabba deċiżjonijiet ta’ dekadenza jew ta’ revoka?
Full & Egal Universal Law Academy