3.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 388/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Den Haag (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-7 ta’ Awwissu 2014 – TOP Logistics BV & Van Caem International BV vs Bacardi & Co. Ltd & Bacardi International Ltd
(Kawża C-379/14)
2014/C 388/02
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Gerechtshof Den Haag
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: TOP Logistics BV, Van Caem International BV
Konvenuti: Bacardi & Co. Ltd, Bacardi International Ltd
Domandi preliminari
Dawn id-domandi jikkonċernaw merkanzija li toriġina barra miż-ŻEE li, wara li tkun iddaħħlet fit-territorju taż-ŻEE (mhux mill-proprjetarju tat-trade mark u lanqas bil-kunsens tiegħu), tqiegħdet taħt il-proċedura ta’ tranżitu estern jew taħt il-proċedura ta’ ħażna fl-imħażen doganali [fis-sens tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2913/92 (1) (ir-Regolament il-qadim) u r-Regolament (KE) Nru 450/2008 (2)] fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.
1)
Fejn tali merkanzija hija sussegwentement, fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, imqiegħda taħt proċedura ta’sospensjoni tad-dazji tas-sisa, din għandha tkun ikkunsidrata bħala importata fis-sens tal-Artikolu 5(3)(ċ) tad-Direttiva 89/104/CEE (3) (li saret id-Direttiva 2008/95/CE (4)), fis-sens li tikkonċerna “[użu tas-sinjal] fl-eżerċizzju tal-kummerċ” li jista’ jiġi pprojbit mill-proprjetarju tat-trade mark skont l-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva?
2)
Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, għandu jiġi kkunsidrat li fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, is-sempliċi preżenza ta’ tali merkanzija fi Stat Membru (imqiegħda taħt proċedura ta’ sospensjoni tad-dazji tas-sisa f’dak l-Istat Membru) ma taffettwax jew ma tkunx tista’ taffettwa l-funzjonijiet tat-trade mark, b’tali mod li l-proprjetarju ta’ din it-trade mark li jinvoka drittijiet ta’ trade mark nazzjonali f’dak l-Istat Membru ma jkunx jista jopponi din il-preżenza?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).
(2) Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (ĠU L 145, p. 1).
(3) L-ewwel Direttiva tal-Kunsill, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92).
(4) Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 299, p. 25).
Full & Egal Universal Law Academy