3.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 388/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 9 de Barcelona (Spanja) fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Jorge Sales Sinués vs Caixabank S.A.
(Kawża C-381/14)
2014/C 388/03
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Mercantil no 9 de Barcelona.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Jorge Sales Sinués.
Konvenuta: Caixabank S.A.
Domandi preliminari
Peress li s-sistema Spanjola tipprovdi, fl-Artikolu 43 tal-LEC (1), dan l-effett sospensiv jew ta’ preġudizzju tal-azzjoni individwali mibdija b’mod parallel mill-konsumatur sakemm tingħata sentenza definittiva fl-azzjoni kollettiva, sa fejn dan il-konsumatur ikun ġie marbut minn dak li jiġi deċiż f’dan il-kuntest mingħajr ma kellu la l-opportunità li jiddifendi b’mod utli d-dritt tiegħu u lanqas li jipproduċi provi bil-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tiegħu:
1)
Jista’ jiġi kkunsidrat li dan huwa mezz jew mekkaniżmu effettiv fis-sens tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13/KE[E] (2)?
2)
Sa liema punt dan l-effett sospensiv jikkostitwixxi ostakolu għall-konsumatur, u għalhekk, ksur tal-Artikolu 7(1) tal-istess direttiva, biex tiġi invokata n-nullità ta’ dawn il-klawżoli inġusti li jinsabu fil-kuntratt tiegħu?
3)
Il-fatt li konsumatur ma jistax jiddistakka ruħu mill-azzjoni kollettiva jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 93/13/KE[E]?
4)
Jew inkella, bil-kontra ta’ dan, l-effett sospensiv tal-Artikolu 43 tal-LEC huwa konformi mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 93/13/KE[E] fis-sens li d-drittijiet tal-konsumatur huma kompletament imħarsa minn din l-azzjoni kollettiva, peress li l-ordinament ġuridiku Spanjol jipprevedi mekkaniżmi proċedurali oħra li huma daqstant effettivi għall-ħarsien tad-drittijiet tiegħu, u mill-prinċipju ta’ ċertezza legali?
(1) Ley de Enjuiciamiento Civil (kodiċi tal-proċedura ċivili Spanjol)
(2) Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur. ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.
Full & Egal Universal Law Academy