13.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 361/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Etablissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer) vs Société Sodiaal International
(Kawża C-383/14)
2014/C 361/06
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Etablissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer)
Konvenuta: Société Sodiaal International
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 (1), li bis-saħħa tagħhom il-preskrizzjoni tinkiseb sa mhux iktar tard mill-jum li fih jiskadi terminu ekwivalenti għal terminu doppju ta’ preskrizzjoni mingħajr ma l-awtorità kompetenti tkun imponiet sanzjoni, ħlief fil-każ li l-proċedura amministrattiva tkun ġiet sospiża skont l-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-regolament, japplikaw esklużivament fil-każ li l-awtorità kompetenti ma tkun imponiet l-ebda sanzjoni, fis-sens tal-Artikolu 5 tar-Regolament, fl-iskadenza ta’ terminu ekwivalenti għal terminu doppju ta’ preskrizzjoni, jew japplikaw ukoll fil-każ tal-assenza ta’ miżura ammnistrattiva, fis-sens tal-Artikolu 4 tar-Regolament, meħuda f’dan it-terminu?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95, tat-18 [ta’] Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).
Full & Egal Universal Law Academy