1.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 431/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (Ir-Repubblika Ċeka) fil-25 ta’ Awwissu 2014 – Marie Matoušková vs Misha Martinus u Elisabeth Jekaterina Martinus, irrappreżentati minn David Sedlák, bħala tutur; Beno Jeriël Eljada Martinus
(Kawża C-404/14)
(2014/C 431/16)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší soud České republiky
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Marie Matoušková
Konvenuti: Misha Martinus u Elisabeth Jekaterina Martinus, irrappreżentati minn David Sedlák, bħala gwardjan; Beno Jeriël Eljada Martinus
Domandi preliminari
Meta t-tutur ta’ minuri jikkonkludi, f’isem il-minuri, ftehim ta’ suċċessjoni li jeħtieġ approvazzjoni ta’ qorti sabiex ikun validu, ikun hemm inkwistjoni, mill-perspettiva tal-qorti, miżura fis-sens tal-Artikolu 1(1)(b), jew miżura fis-sens tal-Artikolu 1(3)(f) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003 (1), tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243.
Full & Egal Universal Law Academy