17.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 409/28
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social número 1 de Córdoba (Spanja) fis-27 ta’ Awwissu 2014 – María Auxiliadora Arjona Camacho vs Securitas Seguridad España, S.A.
(Kawża C-407/14)
2014/C 409/40
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social no 1 de Córdoba
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: María Auxiliadora Arjona Camacho
Konvenuta: Securitas Seguridad España, S.A.
Domandi preliminari
L-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/54/KE (1), sa fejn dan jafferma li l-kumpens lill-vittma ta’ diskriminazzjoni minħabba s-sess għandu jkollu natura dissważiva (kif ukoll effettiv u proporzjonali għad-dannu subit), jista’ jiġi interpretat fis-sens li dan jippermetti lill-qorti nazzjonali tagħti lill-vittma, b’mod verament addizzjonali, danni punittivi raġonevoli – jiġifieri somma addizzjonali li, għalkemm tmur lil hinn mill-kumpens sħiħ tad-dannu reali subit mill-vittma, isservi ta’ eżempju għal oħrajn (minbarra l-eżempju li din tikkostitwixxi għall-awtur tad-dannu) –, sakemm din is-somma tibqa’ fil-limiti ta’ dak li huwa proporzjonali u dan inkluż meta dan il-kunċett ta’ danni punittivi ma jifformax parti mit-tradizzjoni ġuridika tal-qorti nazzjonali?
(1) Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 204, p. 23).
Full & Egal Universal Law Academy