15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/16
Appell ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2014 minn Fundação Calouste Gulbenkian mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-26 ta’ Ġunju 2014 fil-Kawża T-541/11, Fundação Calouste Gulbenkian vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni)
(Kawża C-414/14 P)
(2015/C 198/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Fundação Calouste Gulbenkian (rappreżentanti: G. Macias Bonilla, G. Marín Raigal, P. López Ronda, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), Micael Gulbenkian
B’digriet tas-26 ta’ Frar 2015, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lil Fundação Calouste Gulbenkian għall-ispejjeż rispettivi tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy