22.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Karlsruhe (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Settembru 2014 – Nabiel Peter Bogendorff von Wolffersdorff
(Kawża C-438/14)
(2014/C 462/22)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Karlsruhe
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Nabiel Peter Bogendorff von Wolffersdorff
Konvenut: Standesamt der Stadt Karlsruhe, Zentraler Juristischer Dienst der Stadt Karlsruhe
Domanda preliminari
L-Artikoli 18 TFUE u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtoritajiet ta’ Stat Membru huma marbuta jirrikonoxxu l-bidla ta’ isem ċittadin tal-imsemmi Stat Membru meta tali ċittadin ikun fl-istess ħin ċittadin ta’ Stat Membru ieħor u jkun akkwista, f’dan l-aħħar Stat Membru, matul soġġorn abitwali, isem li huwa għażel liberament u li jinkludi diversi titoli nobbli, permezz ta’ bidla fl-isem li ma kinitx relatata ma’ bidla fl-istatus skont id-dritt tal-familja, sa fejn fil-futur jista’ ma jkunx hemm rabta sostanzjali f’dan l-Istat u sa fejn, fl-ewwel Stat Membru, minkejja li d-dritt kostituzzjonali abolixxa n-nobbiltà, it-titoli nobbli li kienu jintużaw meta saret l-imsemmija abolizzjoni jistgħu jibqgħu jintużaw bħala parti mill-isem?
Full & Egal Universal Law Academy